DiscoverEU, azzjoni tal-programm Erasmus+, toffri l-opportunità lil kull min twieled bejn l-1 ta’ Lulju 2004 u t-30 ta’ Ġunju 2005 biex jivvjaġġa b'xejn għal 30 ijiem fl-Ewropa permezz ta’ pass tal-ferrovija.
Rekwiżiti biex tipparteċipa:
- jitwieled bejn l-1 ta’ Lulju 2004 (inkluż) u t-30 ta’ Ġunju 2005 (inkluż);
- jirrisjedi fl-Unjoni Ewropea jew f’wieħed mill-pajjiżi terzi assoċjati mal-programm Erasmus+.
Il-parteċipanti magħżula se jirċievu karta taż-żgħażagħ Ewropea DiscoverEU li se jippermettulhom jibbenefikaw minn roħs fuq żjarat kulturali, attivitajiet ta’ tagħlim, sports, trasport lokali, akkomodazzjoni, catering, u ħafna aktar!
Biex tirbaħ il- pass tal-ferrovija, trid tapplika fuq il-Portal taż-Żgħażagħ Ewropej u twieġeb kwestjonarju. Huwa possibbli li tivvjaġġa waħedha jew fi grupp b'massimu ta' 4 ħbieb.
Biex tipparteċipa, tista’ tirreġistra minn 12.00 ta’ nhar l-Erbgħa 15 ta’ Marzu sa 12.00 ta’ nhar l-Erbgħa 29 ta’ Marzu. Għal aktar informazzjoni GĦAFAS HAWN.